Minn Sean Grech
Ergajna wasalna ghal zmien importanti zmien li ghalina iz-zghazagh dilettanti tal-festi jigi biex niehdu pjacir kif ukoll biex nahdmu aktar.Ghalhekk dan hu z-zmien li fih isiru l-ahhar preparamenti ghall-festa.
Fatt li kulhadd jghid fuqu huwa lis-Sezzjoni Zghazagh din is-sena ma' tantx dehret. Jiena ma naqbilx ma;dawn ghax is-Sezzjoni dejjem hemm kienet.Hafna mix-xoghol li taghmel ma' jkunx jidher izda hemm ikun u jkun jinhass ukoll.Ta min isemmi li l-kalendarju dejjem is-Sezzjoni Zghazagh ghamlitu u din is-sena ma' naqasx ukoll.Ta' min isemmi ukoll il-Wirja Sagra fi' zmien il-Gimgha l-Kbira, kif ukoll il-Website tas-Socjeta; li qieghed jiehu hsiebha membru sostenitur tas-Sezzjoni li hu Bandist tal-post ukoll.Insemmi ukoll li hafna mill-membri jkunu mpenjati f'oqsma personali bhal-xoghol jew studju u xorta joffru hin imprezzabbli sabiex isir aktar xoghol.Wiehed ma jistax jinsa li 4 membri tas-Sezzjoni huma membri wkoll fil-Kumitat Centrali u allura diga' ghandhom certu responsabbilta fuqhom.Membri ohra ghandhom commitment ukoll bil-banda u fin-nar,specjalment fin-nar ta'l-art.Minn hawn nixtieq nghid prosit lil kulhadd lil kull min jahdem ghall-gid tas-Socjeta' taghna f'kull qasam.
Din is-sena tahbat propju l-400 sena mit-twaqqif tal-Parrocca u ghaldaqstant kulhadd ipprepara attivitajiet u opri konnessi ma' dan l-anniversarju hekk importanti. Is-Sezzjoni ma' qaghditx lura u ser izzanzan opra gdida.Din l-opra qed tithallas mill-fondi tas-Sezzjoni Zghazagh u qed issir minn membru taghna stess.Jekk il-Bambin irid, din l-opra tkun lesta sal-festa sabiex titgawda minn kulhadd waqt dan iz-zmien.
Nixtieq infakkar ukoll li din hi d-9 sena tas-Sezzjoni mill-fondazzjoni taghha.Nixtieq nirringrazzja wkoll lil dawk iz-zghazagh li kienu jorganizzaw attivitajiet qabel is-Sezzjoni twaqqfet ghax kienu huma li dahhlu l-mentalita' li sezzjoni bhal din hija importanti fis-Socjeta' taghna.Ghaldaqstant inheggeg liz-zghazagh li, b'sens ta' responsabilta'.jixtiequ jinghaqdu maghna sabiex javvicinawna halli nkomplu dejjem il-hidma taghna ghall-festa akbar u festa ahjar u flimkien, specjalment meta s-sena li gejja, niccelebraw l-10 snin tas-Sezzjoni kif jixraq !!
Wiehed ma' jistax ma' jsemmix ukoll il-perjodu ta' niket li s-Socjeta taghna ghaddiet minnha.Ghalija aktar u aktar. L-ewwel meta smajna bl-ahbar kerha tal-mewt tal-habib taghna Roberto li kien halliena lejn l-ahhar ta' Dicembru 2007. Roberto kien habib ta' bosta minnha u fuq kollox kien dilettant kbir tal-festa taghna.Wiehed ma' jistax ma' jsemmix id-devozzjoni kbira li kellu lejn Santa Marija. Wara ftit. halliena ukoll Victor Grech, li hu wkoll missieri. Missieri kien wiehed mill-fundaturi tas-Socjeta' taghna.Kien ihaddan imhabba kbira ghal-dak kollu li hu Mosti. Kien ukoll ta' ghajnuna kbira ghas-Sezzjoni Zghazagh,tant li laqaghhom f'daru ghall-bosta snin.Missieri Victor kien dejjem jemmen fiz-zghazagh taghna u li huma l-futur ta' din is-Socjeta' taghna.Il-Pariri tieghu kienu dejjem siewjau ghalkemm mhux dejjem konna naqblu, dejjem hareg bir-ragun u dan ghax kellu esperjena kbira hafna f' kull qasam tal-festa kif ukoll f'oqsma ohra bhall-esperjenza ngenerali, informazzjoni dwar il-Mosta u drawwiet antiki fost l-ohrajn.Qatt ma' ninsa nieqaf nirringrazzja lill missieri Victor, kemm mil-lat tas-Sezzjoni Zghazagh ghax l-ghajnuna u d-dedikazzjoni kontinwa tieghu ghenet hafna biex din is-Socjeta' waslet sa fejn waslet illum. Grazzi Dad!!
Naghlaq billi nfakkar lill-membri tas-Sezzjoni, kemm tal-Kumitat kif ukoll membri ohra li jghinu, sabiex nigbdu dejjem habel wiehed u fl-istess direzzjoni ta' festa akbar, festa ahja, b'aktar entuzjazmu u bl-inqas intoppi possibli.B'hekk niccelebraw festa kif jixraq lill-Padruna taghna...Santa Marija.
Viva Santa Marija, Patruna tal-Mosta u tas-Socjeta' Taghna!!